Ġurnata Vokazzjonali - Seminarju

Għall-darb' oħra l-iskola tas-Seminarju offrew il-possibilta' lil diversi ordnijiet reliġjużi u lil xi movimenti biex jmorru s-Seminarju u jaqsmu mal-istudenti l-għamla tal-ħajja tagħhom. Kienu diversi l-ordnijiet reliġjużi li kellhom l-opportunita' jkellmu lill-istudenti dwar il-vokazzjoni tagħhom. Il-Franġiskani Konventwali flimkien mal-istudenti tagħhom għamlu dan permezz ta' kant, videos dwar San Franġisk t'Assisi u s-Sejħa Franġiskana u qsim ta' esperjenzi. Nirringrazzjaw mill-qalb lill-iskola u l-għalliema tas-Seminarju għal din il-possibilita'.