Missjoni ġdida fin-Nord tal-Indja

 
 
B’ferħ kbir inħabbrilkom li l-Ħadd, 2 ta' Frar il-Ministru Ġeneral, P. Marco Tasca, fetaħ uffiċjalment il-Missjoni l-ġdida f’Kalkutta.
Huwa qaddes quddiesa konċelebrata fil-parroċċa tal-Madonna ta’ Lourdes, Barasat. Huwa għamel omelija fejn qal li jħossu kuntent b’din il-missjoni. Huwa jemmen li din il-missjoni se tkompli tikber u l-preżenza tal-Ordni fin-Nord tal-Indja hija apprezzata ħafna minn kulħadd. Huwa faħħar l-inizjattiva taż-żewg Provinċji u għalih din hija eżempju fl-Ordni ta’ kif il-Provinċji għandhom jaħdmu flimkien.
 
Kienu preżenti P. Benedetto Baek, Assistent. Gen. FAMC, P. Colin Sammut u P. Stephen Borg. Mill-Indja kienu prezenti:
Il-Provinċjal, Fr. Sebastian Pendanathu, P. Manuel Manicompel, iż-żewġ missjunarji Frs. Mariadas u Lawrence u tnax–il Patri ieħor mill-Provinċja tas-South.
 
Il-Ġeneral talab lil P. Manuel Manicompel biex jibqa’ f’Kalkutta sal-Kapitlu Provinċjali tagħhom. Dan ifisser li f’Barasat se jkunu 3 patrijiet. Kien prezenti wkoll Fr. Anthony Rodriquez, il-kappillan tal-parroċċa. Il-knisja kienet mimlija bin-nies.
Il-Ġeneral kellu laqgħat mal-Isqof ta’ Kalkutta: Mons. Thomas D’Souza. L-Isqof wera nteress kbir fina u wegħdna li se jgħinna fil-ħtiġijiet kollha tagħna.
 
Matul dawn il-jiem il-patrijiet maltin flimkien mal-indjani qeghdin ifittxu DAR tajba għalina. Żaru ħafna postijiet. Sabu diversi djar. Nittama li sa ftit jiem oħra, nagħzlu Dar biex  tkun l-ewwel KUNVENT fil-Missjoni l-Ġdida.
 
Deo Gratias.
Patri Alfred Calejja, Provinċjal 

 

Missjoni ġdida fin-Nord tal-Indja