Sveglia Francescana

Papa Franġisku fis-sena ddedikata lill-Ħajja KKonsagrata stieden lir-reliġjużi biex iqajjmu d-dinja! Grupp ta' reliġjużi Franġiskani Konventwali mis-seminarju internazzjonali Franġiskan ta' Ruma - Seraphicum - wieġbu għall-dan l-appell tal-Papa u ħolqu Sveglia Franġiskana. Dawn iż-żgħażagħ Franġiskani Konventwali ġew ispirati mill-entużjażmu tal-fqajjar t'Assisi. Il-bijografi ta' Franġisk t' Assisi jgħidulna li kien iħobb ikanta bil-lingwa franċiża, kif ukoll f'mumenti oħra kien jagħmel forma ta' vjolin bi zkuk biex jfaħħar lil Alla. Nafu li mifni bl-ugħiegħ kien isejjaħ lil patrijiet biex ikantawlu l-Għanja tal-ħlejjaq. Kien għalhekk li dawn il-Franġiskani iddeċidew li jqajmu il-pjazzez ta' Ruma u pjazez oħra prinċipali taljani biż-żfin u l-kant. Ma ħallewx it-taljan xi ftit fraġli tagħhom jew il-mistħija twaqqafhom mill-entużjażmu li jwasslu l-ferħ tal-Vanġelu. Min jaf għad narawx xi ħaġa hekk ukoll fil-pjazez tagħna?