Beatu Martri ieħor għall-Franġiskani Konventwali

Carlos De Dios Murias OFM Conv ser jiġi ddikkjarat Beatu nhar is-27 t’April 2019 fl-La Rioja, l-Arġentina.

Min kien?

Patri Carlos de Dios Murias kien patri tal-Ordni tal-Minuri Konventwali. Twieled fl-10 t'Ottubru tal-1945 u ġie ordnat Saċerdot fis-17 ta’ Diċembru 1972. 

Wara l-ordinazzjoni kien mibgħut f’El Chamical, flimkien ma’ saċerdot djoċesan franċiż Dun Gabrijel Longueville, sabiex iwaqqfu komunita’ franġiskana li tkun viċin il-foqra u tiġġieled għad-drittijiet tagħhom. Iż-żewġ saċerdoti kienu jagħmlu parti mill-moviment: ‘Saċerdoti għat-tielet dinja’ li kienu jpoġġu fil-prattika b’ħeġġa liema bħala l-attenzjoni tal-Konċilju Vatikan II f’dak li għandu x’jaqsam mat-tagħlim soċjali tal-Knisja. Fit-18 ta’ Lulju tal-1976 ġew misqura mill-Puluzija Federali, tturturati u maqtula brutalment. Murias kellu biss 31 sena. 

Xi ġranet wara, fil-25 ta’ Lulju ġie maqtul katekist Wenceslau Pedernera, missier ta’ familja u fl-4 t’Awwissu, f’taparsi inċident tat-traffiku ġie maqtul l-Isqof ukoll Monsinjur Angelelli. 

Fid-9 ta’ Ġunju li għadda il-Papa Franġisku promulga d-digriet li permezz tiegħu Patri Carlos u sħabu ġew iddikjarati martri u għalhekk tista’ sseħħ il-Beatifikazzjoni.  

Għall-glorja t'Alla u ta' San Franġisk