Il-Mulej ta lili, Fra Franġisk, il-grazzja li nibda nagħmel penitenza b’dan il-mod: Meta jien kont għadni ngħix fid-dnub, id-dehra tal-lebbrużi kienet għalija wisq morra. U l-Mulej innifsu mexxieni f’nofshom, u jiena wrejt ħniena magħhom. U wara li ħallejthom, dak li qabel deherli li kien morr, inbidel fi ħlewwa għar-ruħ u għall-ġisem. U wara li qgħadt nitlajja ftit, ħallejt id-dinja.