San Franġisk u l-Ispirtu s-Santu

Tant kemm Frangisku huwa maghqud b'rabta specjali ma' kull persuna tat-Trinità, li xi kultant difficli tiddistingwi jekk huwiex jitkellem fuq Alla l-Missier; jekk hux fuq Alla Iben jew Alla l-Ispirtu s-Santu. Hafna studjuzi jzommu li t-tieni Persuna tat-Trinità(Alll-Iben), hu l-protagonista, il-punt centrali fil-kitbiet ta' San Frangisk. Izda meta bdew jistudjaw fil-profond il-kitbiet personali ta' Frangisku, hareg car li Frangisku huwa Trinitarju. Dan l-aspett johrog car hafna fit-talb tieghu. Ejjew niehdu ezempju mienn wahda mit-talbiet tieghu:

 

O Alla li tista' kollox, etern, gust u tal-hniena, aghti lilna msejknin il-grazzja li, ghall-imhabba tieghek, naghmlu dak li nafu li trid int, u li rridu dejjem dak li joghgob lilek,hekk, imnaddfin f'ruhna, imdawlin f'mohhna u mheggin f'qalbna bin-nar ta' l-Ispirtu Mqaddes tieghek, inkunu nistghu nimxu fuq il-passi ta' lbnek, il-Mulej taghna GesùKristu, u meghjunin mill-grazzja tieghek biss, naslu ghandek, l-Aktar Gholi. lnt li fi Trinità perfetta u Unità semplici tghix u ssaltan u int igglorifikat, Alla li tista' kollox, ghal dejjem ta' dejjem. Amen.

 

F' din it-talba hekk kompluta tohrog cara dik li hija l-mixja spiritwali ta' kull Nisrani. Jigifieri kollox jitlaq mill-Ispirtu s-Santu, biex flimkien ma' Gesù u fuq il-passi tieghu naslu ghal ghand il-Missier:

 

Spirtu s-Santu > Kristu > Missier

Minn dan johrog car li l-ispiritwalità ta' Frangisku hija wahda, nistghu nghidu, Kristucentika (Kristu fic-centru tal-hsieb ta' Frangisku), Izda rridu nzidu li din titlaq mill-Ispirtu s-Santu u tindirizza ruhha lejn il-Missier. U f'dan ir-ritratt rridu nipprovaw nifhmu l-Ispirtu s-Santu f'San Frangisk.

 

Frangisku jemmen bis-shih li huwa l-Ispirtu tal-Mulej li jgeghelna naghrfu min hu tassew Gesù. Frangisku ghandu 28 twissija ndirizzati lil hutu l-patrijiet u propju fl-ewwel wahda nsibu miktub li huwa l-Ispirtu li jghinna nghaddu mis-semplici naraw ghall-fidi: "Dawk kollha li raw il-Mulej Gesù fl-umanità tieghu, u ma rawx u l-anqas emmnu fih skond l-Ispirtu, li hu tabilhaql-Iben ta' Alla, huma kkundannati."

 

Izda ghal Frangisku l-quccata l-aktar gholja fejn ahna naghrfu lill-Mulej, tintlahaq waqtl-Ewkaristija, fejn huwa mill-gdid l-Ispirtu s-Santu li jgeghelna nintebhu li huwa l-Gisem ta' Kristu u li jsuqna biex nircevuh.

 

Frangisku jpoggi f'antagonizmu l-Ispirtu tal-Muuej, ma' l-Ispirtu tal-gisem. Dan ta' l-ahhar jikkonsisti fl-egoizmu taghna li jipprova jahtaf u jippossjedi kollox u dan l-egoizmu ma jhallikx taghraf li kollox huwa ta' Alla u kollox gej minnu.

 

Ghal Frangisku li jkollok, l-Ispirtu tal-Mulej huwa importanti biex wiehed jiskopri lil Alla bhala Missier. Hawnhekk Frangisku jirrifletti fuq dak li jghidilna San Pawl: "Intom ircevejtu l-Ispirtu li jaghmel minnkom ulied adottivi, u li bih ahna nistghu nghajtu: Abba! Missier!"

 

Wiehed mill-aktar testi evangelici l-aktar ghall-qalb ta' Frangisku, hija t-talba sacerdotali tal-Vangelu ta' San Gwann, dik li tibda: "Missier waslet is-siegha..." (Gw.17). Minn hawnhekk johrog car ir-rapport bejn Alla l-Missier u Gesù, u minn hawnhekk Frangisku jsib il-mudell kif ghandu jgib ruhu mal-Missier Alla.

 

Il-kelma ta' Alla hija konnessa ma l-Ispirtu ta' Alla, ghaliex huwa fih li wiehed jista' jifhimha. Frangisku jghid li bil-Kelma wiehed jista' jinqatel jew jimtela bl-Ispirtu ta' l-istess kelma. Dawk li jinqatlu bil-Kelma ta' Alla huma dawk li jixtiequ jsiru jafu din il-kelma biex semplicement ihossuhom aktar intelligenti minn haddiehor. Filwaqt li dawk li jimtlew bl-ispirtu ta' l-istess Kelma huma dawk li jafu sewwa din il-Kelma u humantelligenti izda din l-intelligenza jafu li mhijiex haga taghhom u ghalhekk bil-kliem u l-ghemil taghhom jergghu jaghtuha lil dak li jippossediha jigifieri lil Alla l-Gholi.

 

Arthur Cutajar OFM Conv