It-Twelid ta' San Ġwann il-Battista

“Mela x’għad ikun dan it-tifel?”

Ġwanni Battista donnu huwa persona li hija ‘l bogħod ħafna mis-sensibiltajiet tagħna. Huwa persuna awstera li ma jilbiesx ħwejjeġ tad-ditta, imma ilbies magħmul mill-ġild tal-ġemel. L-imqarrun il-forn u il-ħobż tal-Malti ma jafx x’inhuma għax jiekol ġradijiet u għasel selvaġġ. Anke id-diskorsi tiegħu mhux li huma raffinati ħafna. Darba minnhom insibuħ jgħid: “Ja nisel ta lifgħat, min għallimkom taħarbu mill-qilla li ġejja?” Darba oħra jgħid: “Il-fies diga mqiegħed ma’ għeruq is-siġar, kull siġra li ma tagħmilx frott tajjeb, tinqata’ u tintefa’ fin-nar”. Pero’ Ġwanni huwa persuna li ċert mill-identita’ u l-missjoni tiegħu. Jaf li mhux Elija, li mhux il-Messija, li mhuwiex profeta. Jaf li huwa biss leħen li tindika il-Kelma. Leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert. Huwa tant ċert mill-identita’ tiegħu li ma jippruvax juri lilu innifsu aktar milli hu: jgħid li hu lanqas biss jistħoqqlu jħoll il-qafla tal-qorq tiegħu. Meta jgħidulu li dak li hu stess għammed  fil-Ġordan issa qed jgħammed hu, Ġwanni jwieġeb ħelu ħelu: "Il-ħabib tal-għarus li jifraħ ħafna meta jisma’ leħen l-għarus. U dan hu l-ferħ li bih qalbi mtliet. Jeħtieg jikber hu u nickien jiena". X’umilta’! Il-ferħ ta’ Ġwanni Battista huwa li jara li Ġesu’ jikber. Ġwanni mhux moħħu biss fiħ innifsu. Ma jridx li jkun iċ-ċentru tal-attenzjoni.  

Pero’ anke Ġwanni tafux kellu jagħmel konverżjoni għal dik li hi l-idea tiegħu ta’ Alla. Tiftakru x’qal fil-bidu, li kellha tintefa’ fin-nar kull siġra li ma tagħtix frott. Imbgħad hekk kif jarah, jinduna li dan Ġesu’ huwa il-ħlewwa infisha. Meta jaraħ jesklama: “Hemm hu il-Ħaruf ta’ Alla li jneħħi d-dnubiet”. Qabel ma raħ pittru donnu kien xi gwerier u issa qed jgħid li hu ħaruf, simbolu tal-ħlewwa, tal-manswetudni!

Anke jekk ċert minnu innifsu donnu li anke hu kellu xi dubju żgħir. Meta jsib ruħu il-ħabs jibgħat isaqsi lil Ġesu’: “Huwa int dak li għandu jiġi jew irridu nistennew ieħor”? U Ġesu’ jwieġeb b’mod daqshekk sabiħ: “Morru agħtu lil Ġwanni l-aħbar ta’ dak li rajtu u smajtu: kif l-għomja qegħdin jerġgħu jaraw, iz-zopop jimxu, l-imġiddmin ifiqu, it-torox jisimgħu, il-mejtin iqumu u kif il-bxara t-tajba qiegħda tixxandar lill-fqar”!

Anke jekk fil-bidu għedna li Ġwanni jidher ħafna ‘il bogħod minna, fil-verita’ hu bniedem viċin tagħna. Il-mumenti ta’ dlam ġew fuqu ukoll. Bħalna wkoll jixtieq li jkollu konferma mingħand Ġesu’ innifsu. Il-kobor ta’ Ġwanni huwa li widnejħ miftuħa għall-Kelma. Il-post fejn jgħix jippermettilu li jisma’ il-Kelma. Fid-deżert il-ħsejjes huma minimi. Fid-deżert is-skiet kważi jbeżżgħek, kważi jtarxek! U forsi dak li għadna bżonn aħna: li nieqfu ftit u nisimgħu, li nħallu ftit spazji ta’ kwiet fil-ħajja tagħna biex nisimgħu. Imma donnu nibżgħu nidħlu ftit fid-deżert ma jmurx niskopru xi ħaġa fina li twerwirna. Nimmaġinaw li fid-deżert ninsabu weħidna. Il-Bibbja tgħidilna li anqas fid-deżert aħna qatt m’aħna weħidna! Tiftakru l-erbgħin sena li l-poplu ta’ Alla għamel fid-deżert? Forsi Alla ma kienx magħhom fil-kolonna tan-nar, fi sħaba, permezz tal-Kelma tiegħu? Dak li ser niċċelebraw dalwaqt hu li Alla huwa magħna – Emmanuel! Għalhekk m’għadniex għalfejn nibżgħu mid-deżert, għax m’ aħniex weħidna. Alla hemm wera ruħu lil Ġwanni. L-aħbar it-tajba iltaqgħet miegħu fid-deżert! Hemm ferħitu! L-istess kif ferħitu snin qabel u qabeż bil-ferħ fil-ġuf ta’ Eliżabetta.

Hemm, fid-deżert fejn donnu ma jikber xejn, fejn donnu m’hemmx ħajja, fejn kollox nixfa. Kemm –il darba il-ħajja tagħna tkun tixbaħ lil dak id-deżert? Kemm –il darba qtajna qalbna nixmu? In-nixfa u l-għatx kidduna? Kemm –il darba l-art imwiegħda donna dehret ‘il bogħod wisq u Alla, hemm propju hemm ser jiltaqa’ magħna. Propju hemm ħa jlissen kelma u d-deżert jimbidel fi xmara.

Il-Ħadd it-tajjeb!